Gwida għall-Utent għal 3M™ MicroTouch™ Display M1500SS 386
Informazzjoni Proprjetarja ta' 3M Touch Systems, Inc.
L-informazzjoni f'dan id-dokument hija soġġetta għal tibdil mingħajr preavviż. L-ebda parti ta' dan id-dokument ma tista' tiġi
riprodotta jew trażmessa fi kwalunkwe forma jew permezz ta' kwalunkwe mezz, elettroniku jew mekkaniku, għal kwalunkwe
skop, mingħajr il-permess espress bil-mitkub ta' 3M Touch Systems, Inc. 3M jista' jkollha privattivi jew applikazzjonijiet ta'
privattivi pendenti, marki kummerċjali, drittijiet tal-awtur, jew drittijiet ta' proprjetà intellettwali oħrajn li jkopru l-kontenut f'dan
id-dokument. L-għoti ta' dan id-dokument ma jagħtikx il-liċenzja għal dawn il-privattivi, marki kummerċjali, drittijiet tal-awtur
jew drittijiet ta' proprjetà intellettwali oħrajn minbarra kif ipprovdut espressament fi kwalunkwe ftehim ta' liċenzja bil-miktub
minn 3M Touch Systems, Inc.
L-informazzjoni pprovduta f'dan id-dokument hija maħsuba bħala gwida biss. Għall-aħħar speċifikazzjonijiet tal-inġinerija
dettaljati, jekk jogħġbok ikkuntattja l-Inġinier tal-Applikazzjoni tiegħek ta' 3M Touch Systems, Inc. 3M Touch Systems, Inc. hija
impenjata biex ittejjeb kontinwament id-disinji tal-prodotti tagħha. Bħala riżultat, l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti jistgħu jkunu
soġġetti għal tibdil mingħajr preavviż.
Iddisponi mid-displej u l-komponenti skont ma jitolbu r-regolamenti kollha lokali u tal-gvern applikabbli.
"Konformi mal-RoHS 2011/65/UE" tfisser li l-prodott jew parti ma fihiex sustanzi li jaqbżu l-valuri massimi ta' konċentrazzjoni
(maximum concentration values - “MCVs”) fid-Direttiva tal-RoHS tal-UE 2011/65/UE, sakemm is-sustanza mhijiex
applikazzjoni li hija eżenti taħt l-UE RoHS. L-MCVs huma skont il-piż f'materjali omoġenji. Din l-informazzjoni tirrappreżenta
l-għarfien u t-twemmin ta' 3M, li jistgħu jkunu bbażati kollha kemm huma jew parti minnhom fuq l-informazzjoni pprovduta
minn fornituri terzi lil 3M.
AVVIŻ: Minħabba l-varjetà ta' fatturi li jistgħu jaffettwaw l-użu u l-prestazzjoni ta' prodott ta' 3M Touch Systems, Inc. (il-
"Prodott"), inkluż li t-tagħmir fi stat solidu għandu karatteristiċi tal-operat differenti minn tagħmir elettromekkaniku, li uħud
mill-fatturi tiegħu huma unikament fl-għarfien u l-kontroll tal-Utent, huwa essenzjali li l-Utent jevalwa l-Prodott u s-softwer ta'
3M Touch Systems, Inc. biex jiddetermina jekk huwiex adattat għall-iskop partikolari tal-Utent u adattat għall-metodu ta'
applikazzjoni tal-Utent. Id-dikjarazzjonijiet, l-informazzjoni tal-inġinerija/teknika u r-rakkomandazzjonijiet ta' 3M Touch
Systems, Inc. huma pprovduti għall-konvenjenza tal-Utent, iżda l-akkuratezza jew il-kompletezza tagħhom mhijiex iggarantita.
Il-prodotti u s-softwer ta' 3M Touch Systems, Inc. mhumiex iddisinjat speċifikament għall-użu f'apparat mediku kif iddefinit mil-
liġi federali tal-Istati Uniti. Il-prodotti u s-softwer ta' 3M Touch Systems, Inc. ma għandhomx jintużaw f'tali applikazzjonijiet
mingħajr il-kunsens espress bil-miktub ta' 3M Touch Systems, Inc. L-utent għandu jikkuntattja r-rappreżentant tal-bejgħ tiegħu
jekk l-opportunità tal-Utent tinvolvi applikazzjoni ta' apparat mediku.
AVVIŻ IMPORTANTI GĦAX-XERREJ: L-ispeċifikazzjonijiet huma soġġetti għal tibdil mingħajr preavviż. Dawn il-Prodotti
u softwer ta' 3M Touch Systems, Inc. huma ggarantiti li jilħqu l-ispeċifikazzjonijiet ippubblikati tagħhom mid-data tad-dispaċċ u
għall-perjodu ddikjarat fl-ispeċifikazzjoni. 3M Touch Systems, Inc. ma tagħti l-ebda garanzija addizzjonali, espressa jew
impliċita, li jinkludu iżda mhumiex limitati għal kwalunkwe garanziji impliċiti ta' kummerċjabilità jew idoneità għal skop
partikolari. L-utent huwa responsabbli biex jiddetermina jekk il-Prodotti u softwer ta' 3M Touch Systems, Inc. humiex idonji
għall-iskop partikolari tal-Utent u humiex adattati għall-metodu ta' produzzjoni tiegħu, inkluża r-responsabblità tal-proprjetà
intellettwali għall-applikazzjoni tal-Utent. Jekk il-Prodott, softwer jew midja tas-softwer tintwera li ma tissodisfax il-garanzija ta'
3M Touch Systems, Inc., l-uniku obbligu ta' 3M Touch Systems, Inc. u r-rimedju esklussiv tal-Utent u x-Xerrej ser ikun, għad-
diskrezzjoni ta' 3M Touch Systems, Inc., it-tiswija jew is-sostituzzjoni tal-kwantità tal-Prodott jew il-midja tas-softwer jew ir-
rimborż tal-prezz tax-xiri. 3M Touch Systems, Inc. ma għandha l-ebda obbligu taħt il-garanzija ta' 3M Touch Systems, Inc. għal
kwalunkwe Prodott, softwer jew midja ta' softwer li jkun ġie mmodifikat jew li jiġrilu l-ħsara minħabba użu ħażin, inċident,
negliġenza jew operazzjonijiet jew assemblaġġi sussegwenti tal-manifattura minn kwalunkwe persuna minbarra 3M Touch
Systems, Inc. 3M Touch Systems, Inc. ma għandhiex tinżamm responsabbli fi kwalunkwe azzjoni kontra tagħha fi
kwalunkwe mod relatat mal-Prodotti jew softwer għal kwalunkwe telf jew ħsara, kemm jekk dirett u mhux speċifikat,
indirett, speċjali, inċidentali jew konsegwenzjali (li jinkludu żmien ta' waqfien, telf ta' profitti jew avvjament)
irrispettivament mit-teorija legali affermata.
Dritt tal-awtur © 2015 3M Id-drittijiet kollha riżervati
Titolu tad-Dokument: Gwida għall-Utent għal 3M
TM
MicroTouch
TM
Display M1500SS
Numru tad-Dokument: 19-258, Verżjoni AJ
3M, il-lowgo ta' 3M logo, MicroTouch, u l-lowgo ta' MicroTouch huma jew marki kummerċjali rreġistrati jew inkella marki
kummerċjali ta' 3M fl-Istati Uniti u/jew pajjiżi oħrajn.
Il-prodotti ta' Windows u/jew Microsoft oħrajn imsemmija hawnhekk huma jew marki kummerċjali reġistrati jew inkella marki
kummerċjali ta' Microsoft Corporation fl-Istati Uniti u/jew pajjiżi oħrajn.
Il-marki kummerċjali l-oħrajn kollha huma l-proprjetà tas-sidien rispettivi tagħhom.